50 Sena mill-Konsagrazzjoni tat-Tempju iddedikat lil Kristu Re

Din is-sena fil-Parrocca ta’ Kristu Re qed infakkru l-50 sena minn meta it-Tempju gie ikkonsagrata lil Alla.
Il-Poplu Pawlist kien ilu jixtieq li jibni knisja akbar minhabba li l-Knisja iddedikata lil Santa Ubalderska kienet saret zghira., Knisja ta’ l-Ordni ta` San Gwann , li taf il-bidu taghha mis-sena 1630 bl-ewwel gebla taghha imqedha mill-Granmastru Ant. De Paule stess. Fis-sena 1900 tkabbret u setghet tesa’ 180 ruh. Kien it-12 ta’ Lulju 1910 meta l-Isqof ta’ dak iz-zmien Pietru Pace ghamel lil Casal Paola bhala Parrocca idedikata taht it-Titular tal-Qalb ta’ Gesu`.
Il-Knisja ta` Sant Ubaldeska sa l-1900
Il-Knisja ta' Sant Ubaldeska kif inhi illum
Il-Knisja ta' Rahal Gdid ghadha qed tinbena
Il-Popolazzjoni ta’ din il-lokalita bdiet tizdied minn sena ghal ohra, specjalment nies li gew mill-Kottonera biex jisetiljaw fil-belt gdida . Kien il-Kappillan Dun Nerik Bonnici li wera x-xewqa li tinbena Knisja gdida, kbira fid-19 ta’ Ottubru 1919. Ghal bidu l-Knisja kienet ser tkun minflok dik ta’ Santa Ubaldeska , li kienet tkun telfa kbira u hasra li kieku sar hekk , izda l-Perit Guze Damato offra l-art tieghu biex il-Knisja l-Gdida tkun hemmhekk.
Fl-1 ta’ April 1923 sar it-tqeghid ta’ salib ta’ l-injam fl-ghalqa imsejha `tal-borg` fejn kella tinbena l-Knisja l-gdida , l-akbar Knisja ta’ Malta. Fl-24 ta’ Frar 1924 id-Delegat tal-Isqof, Mons Angelo Portelli O.P. qieghed u bierek l-ewwel gebla tal-Knisja Parrokjali l-gdida.
Kien il-15 ta’ Lulju 1928 meta giet iccelebrata l-ewwel quddiesa fil-Knisja l-gdida ghalkemm kienet ghadha minghajr saqaf.
Fis-sena 1945 l-Awtoritajiet Ekklezjastici laqghu t-talba li minn Qalb ta’ Gesu’ bhala Titular tkun iddedikata lil Kristu Re.
Kien it-13 ta’ Dicembru 1959 meta tlesta l-bini tal-Knisja l-gdida u tpogga s-salib tal-irham fuq il-Koppla u fit-3 ta’ Gunju 1967 , l-Arcisqof ta’ Malta Mons. Mikiel Gonzi ikkonsagra l-Knisja, fejn din is-sena qed infakkru l-50 Anniversarju minn din l-Okkazjoni kbira.
Il-Knisja Parrokjali waqt li qedha tinbena
Il-Bini tal-Knisja hija mibnija bil-hila u l- hegga tal-poplu li bena ghal imhabba t’Alla ….. izda jigi offrut lil Alla biex jinghata qima.
Il-Parrocca taghna qed infakkru il-hamsin sena minn dan l-avveniment important. Dak iz-zmien il-Koncilju Vatikan II kien ghadu ma sehx allura il-Liturgija tac-Cerimonja tal-Konsagrazzjoni kienet differenti milli dik li issir fi zmienna …… kien aktar solenni.
Kif issir din il-Konsagrazzjoni ?
L-ewwel ma jsir huwa t-tberik tal-hitan tal-Knisja lit kun ser tigi ikkonsagrata u l-artal maggur fil-bidu tal-Quddiesa. Wara li jsir it-tberik, ikun hemm id-dlik biz-zejt tal-Konsagrazzjoni tal-hitan tal-Knisja immarkati bi 12-il salib u d-dlik ta’ l-artal kif ukoll talba tad-Dedikazzjoni tal-Knisja . It-tnax il-salib jissimbolizza lil Appostli li Kristu fuqhom bena l-Knisja tieghu, filwaqt li l-artal jissimbolizza lil Kristu li huwa fin-nofs tal-Knisja tieghu. Wara li issir id-dilka ta’ l-artal u s-slaleb flimkien ma talba tad-dedikazzjoni, jitpogga l-incens fuq l-artal u jinharaq bhala qima lil Alla u wara l-artal jigi incensat flimkien mat-tnax il-salib li jkun ghadu kemm gew midlukin ftit qabel. Wara din ic-cerimonja, l-artal jintmessah miz-zejt tal-Konsagrazzjoni u jintrama ghall-quddiesa. Hawnhekk imbghad l-Isqof jaghti xemgha lid-Djaknu u jixghel ix-xemghat ta’ fuq l-artal u dawk quddiem is-slaleb tal-Konsagrazzjoni ghall-ewwel darba u titkompla l-ewwel quddiesa wara l-Konsagrazzjoni tal-Knisja.
Hekk gara hamsin sena ilu ….. dan li qed infakkru din is-sena. Kien nhar it-3 ta’ Gunju tal-1967 fi zmien il-Kappillan Dun Adolf Agius, dakinhar it-tempju maestuz f`nofs il-pjazza principali ta’ Rahal Gdid gie iddedikat lil Alla u inbidel f`post qaddis, Dar t`Alla. Ghal din l-okkazjoni storika ingabru gemgha kbira ta’ nies flimkien mal-Kappillan ta’ qabel, Mons Frangisk Xuereb u l-kleru, honqu l-knisja biev jassistu ghall-funzjoni li fiha l-Arcisqof Mikiel Gonzi ikkonsagra t-Tempju.
Ic-Cerimonja bdiet billi mal-wasla ta’ l-Arcisqof flimkien mac-cerimonjier tieghu Dun Karm Bonavia u minn Mons Emmanuel Brincat , qara t-talba u kief ghedna qabel beda t-tberik tal-hitan tal-Knisja minn barra u wara dahal gewwa u tkompla t-tberik tal-Knisja minn gewwa. Wara t-tberik tal-Knisja issa kien imiss it-tberik ta’ l-artal maggur. Ic-Cerimonja sraet fuq l-artal maggur ta’ l-irham , l-istess wiehed li ghadna ingawdu sallum stess. Kien l-ewwel artal f`Malta addattat ghat-tibdil kif jitlob il-Koncilju Vatikan II. Ghall-ewwel darba ukoll f`dak il-jum specjali, ir-rit tad-Dedikazzjoni tal-Knisja u ta’ l-artal sar bil-Malti , minhabba li qabel dik il-gurnata t-talb kien issir kollu bil-Latin.
L-artal maggur huwa mahdum fl-Italja mid-Ditta Circott fuq disinn ta’ Carmelo Cilia (1908-1988) bl-ghajnuna ta’ diversi Benefatturi li isimhom imnizzel f`tubu tal-metall go l-artal stess.
It-Talb tal-Bidu ghal Konsagrazzjoni tat-TempjuIt-Talb tal-Bidu ghal Konsagrazzjoni tat-Tempju
It-Tberik tat-Tempju minn barraIt-Tberik tat-Tempju minn barra
Incensar ta' l-artal maggurIncensar ta' l-artal maggur
L-Irhama KommemorativaL-Irhama Kommemorativa
Irhama Kommemorattiva
Bhala tifkira ta’ din il-grajja important u storika ghal-Parrocca taghna , insibu tnax il-salib tal-bronz, erbgha mal-pilastri magguri li jzommu l-Knisja u tmienja ohra mal-Kolonni tal-Korsija, kif ghedna qabel, ifakkruna fit-tnax l-appostlu li fuqhom Kristu bena l-Knisja tieghu.
Tifkira ohra hija l-irhama Kommemorattiva li tghid hekk :
“Dan it-Tempju ddedikat lil Kristu Re xhieda ta’ fidi generuza tan-nies ta’ C. Paula monument haj tal-Kapp. Mons Francesco Xuereb, gie ikkonsagrat flimkien mal-artal maggur mill-Ecc tieghu Michele Gonzi D.D., Arcisqof Met ta’ Malta fi zmien il-Kapp. Dun Adolf Agius 3.6.67
Tifkira tal-Gublew tal-Fidda : 25 Sena wara
Hamsa u ghoxrin sena wara , ezatt fis-6 ta’ Gunju tal-1992 kienet saret tifkira tal-gublew tal-fidda minn din il-Konsagrazzjoni. F`din l-Okkazjoni, l-Arcisqof Mons. Guzeppi Mercieca mexxa Konncelebrazjoni flimkien mas-sacerdoti li hadmu jew kienu jghixu f`Rahal Gdid. Qabel l-Quddiesa, Dr. John Cachia MD li kien President tal-Kunsill Parrokjali ghamel diskors ta’ merhba.
Illum : 50 Sena wara : Il-Gublew tad-Deheb
Ghal programm shih ta' attivitajiet biex jigi imfakkar dan l-avveniment, ara l-programm shih fil-Homepage tas-site
Ghal programm shih ta' attivitajiet biex jigi imfakkar dan l-avveniment, ara l-programm shih fil-Homepage tas-site
"Mibni mill-Ordni"
"Mibni mill-Ordni"
- Home
- Hypogeum
- Il-GM Fra Ant. De Paule
- Zmien il-Francizi f`Raha
- 50 Sena mill-Konsagrazzjoni
- Il-Fuljett "Is-Saltna"
- Xoghol Parocca Kristu Re
- Dekorrazjoni fil-Knisja
- Festi Kristu Re 2010-13
- Festa Kristu Re 2016
- Il-Pjazza Ant. De Paule
- Attivitajiet 2014
- Attivitajiet 2015
- Attivitajiet 2016
- Attivitajiet 2017
- Attivitajiet 2018
- Festa Lourdes 2016
- San Gorg Preca u Rahal Gdid
- L-Artiklu tax-xahar
- Avvenimenti Importanti
- Aktar avvenimenti
- Bandli godda
- Progetti
- Hibernians F.C.
- Centinarju tal-Parrocca
- Iz-Zjara tal-Papa
- Gemellagg ma Paola
- Rahal Gdid ilbierah
- X`Innutajt !!
- Notice Board
- Links
- Guestbook
- Web Store
- Attivitajiet 2019
- It-Tribuna
- Home
- Hypogeum
- Il-GM Fra Ant. De Paule
- Zmien il-Francizi f`Raha
- 50 Sena mill-Konsagrazzjoni
- Il-Fuljett "Is-Saltna"
- Xoghol Parocca Kristu Re
- Dekorrazjoni fil-Knisja
- Festi Kristu Re 2010-13
- Festa Kristu Re 2016
- Il-Pjazza Ant. De Paule
- Attivitajiet 2014
- Attivitajiet 2015
- Attivitajiet 2016
- Attivitajiet 2017
- Attivitajiet 2018
- Festa Lourdes 2016
- San Gorg Preca u Rahal Gdid
- L-Artiklu tax-xahar
- Avvenimenti Importanti
- Aktar avvenimenti
- Bandli godda
- Progetti
- Hibernians F.C.
- Centinarju tal-Parrocca
- Iz-Zjara tal-Papa
- Gemellagg ma Paola
- Rahal Gdid ilbierah
- X`Innutajt !!
- Notice Board
- Links
- Guestbook
- Web Store
- Attivitajiet 2019
- It-Tribuna