Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Bhas-sena l-ohra din is-site kienet is-site ufficjali ta` din l-attivita "Notte a` Casal Paola" li saret fit-3 ta` Settembru 2011.

Konferenza stampa li matulha thabbru d-dettalji tal-attivita' Notte a' Casal Paola

Il-Programm ta` "Notte a` Casal Paola 2011"

Is-Sibt 3 ta’ Settembru 2011 mis-6pm sa nofsilejl

fi Triq l-Arkata : Display mis-St John Rescue Corps u dwar il-Karnival

Fuq il-Palk : Bands lokali u Għana

fi Triq Sant’Ubaldeska : Storja ta’ Paola u Programm Awdjo Vizwali

fi Sqaq it-Tramuntana : Xogħol ta’ Arti minn diversi , artisti magħrufa kif ukoll xogħol fiċ-ċeramika u skultura fl-injam.

fi Triq it-Tramuntana : Logħob għat-tfal

Palk Prinċipali fi Pjazza Sant’Ubaldeska : Varjetà ta’ kant u żfin

fi Triq Ninu Cremona : Żfin Folkloristiku, Mużiċisti bi strumenti antiki

Parata - Il-Gran Mastru De Paule jżur il-lokalita ta’ Paola

Il-Knisja ta’ Sant Ubaldeska : Ser tkun miftuħa għall pubbliku b’akkumpanjament ta’ diversi Gwidi storiċi.

Is-Sala tal-Każin tal-Banda tas-Soc. Fil. Fra Ant. De Paule : Banda Kristu Re. Miftuha ghall pubbliku

Fiċ-centru tad-duttrina M.U.S.E.U.M Subien : Feature dwar San Gorġ Preca

Stand mill-Hibernians F.C

Diversi Stands ta’ ikel tradizzjonali Malti

Armar marbut ma’ żmien il-Kavallieri

... u ħafna aktar!




Ritratti ta` "Notte a` Casal Paola"

Notte a` Casal Paola 2012

Fl-1 ta` Settembru 2012 , regghet saret edizzjoni ohra ta` "Notte a` Casal Paola". Saret fil-parti l-antika ta` Rahal Gdid fejn qabel kien ic-centru ta` Casal Paola meta l-Granmastru bena lil Rahal Gdid.

F`din il-lejla kien hemm diversi attrazzjoniiet interessanti , fosthom wirjiet u talenti differenti.

Il-Bidu tar-Randan


Nhar l-Erbgha 22 ta` Frar 2012 beda ir-Randan , 40 jum bi preparazzjoni ghal ikbar festa tal-Knisja Kattolika, l-Ghid il-Kbir. Bhala bidu ta` dan iz-zmien tar-Randan bhas-snin ta` qabel sar il-pellegrinagg sal-Knisja Parrokjali.

Dan il-pellegrinagg din is-sena sar b`differenza minhabba li kien organnizat u bis-sehem tal-Gwardjani tal-Facilita Korretiva ta` Kordin u nies li qedghin f`dan il-post. Il-Pellegrinagg beda minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokjali ta` Kristu Re (ghalkemm il-hsieb kien li jibda mill-Habs , izda minhabba t-temp tbiddlu xi pjanijiet)

Xi nies mir-residenza ta` Kordin refghu s-Salib li kien tbierek minn San Gorg Preca u saret Via Sagra mad-dawra tal-Knisja u wara Koncelebrazzjoni u ic-Cerimonja ta` l-irmied.

Wirja tal-Arti dwar il-Formula 1 u l-Karozzi

Nhar is-Sibt 2 ta’ Gunju, fl-10.00 a.m. fis-Sala tal-Kunsill Lokali Paola, is-Sindku ta’ Rahal Gdid Roderick Spiteri inawgura wirja tal-arti b’ghadd ta’ xoghlijiet tal-artist Godwin Cini. Dil-attivita`, bl-isem ta’ ‘Il-Formula 1 u l-Karozzi fl-Arti’ hi organizzata mill-McLaren F1 Club ta’ Malta flimkien mal-Kunsill Lokali Paola.

Il-wirja tinkludi tpingijiet artistici bil-poster u l-water colour, kif ukoll bil-lapes, ta’ sewwieqa u karozzi tal-Formula Wiehed. Minbarra portraits ta’ sewwieqa champions tal-F1, se jkun hemm ghall-wiri wkoll tpingijiet ta’ karozzi li mhumiex tat-tlielaq u persunaggi li isimhom hu sinonimu mal-awtomobilizmu. L-artist se jesebixxi wkoll xi xoghlijiet fil-gibs.

Minbarra li hu artist, Godwin Cini hu wkoll wkoll poeta u ismu hu maghruf sew fil-qasam tal-midja f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ programmi dwar il-karozzi. Ghaldaqstant fil-wirja se jkun hemm taqsima mghammda ‘Is-Sigurta` fit-Toroq’, li tinkludi posters edukattivi impingija mill-istess artist u li ghandhom x’jaqsmu ma’ das-suggett partikulari. Taqsima ohra interessanti fil-wirja titratta whud mill-poeziji dwar l-awtomobilizmu miktuba minn Cini stess.

Il-wirja se ddum miftuha gimgha. Il-hinijiet tal-ftuh huma s-Sibt 2 ta’ Gunju u l-Hadd 3 ta’ Gunju mill-10.00 a.m. sa nofsinhar u mill-4.00 p.m. sas-6.00 p.m. Mit-Tnejn sal-Gimgha (4-sat-8 ta’ Gunju) fil-hinijiet tal-Ufficcju tal-Kunsill Lokali Paola.

Dun Vincenz Deguara, 50 Sena Sacerdot


50 Sena Sacerdot


Il-Gimgha 22 ta` Gunju, il-Parrocca ta` Kristu Re icelebrat u ferhet ma` Dun Vincenz Deguara fl-okkazjoni tal-50 Sena minn Sacerdozju tieghu. Kien bhal dan iz-zmien 50 Sena meta sar qassis.


Fis-7pm saret Quddiesa koncelebrata b`Radd il-Hajr ta `dawn il-50 Sena ta` Hidma ghal gid ta` dan ir-rahal li hu ghal qalbu hafna.

Dun Vincenz ma grupp ta` zghazagh waqt wahda mill-performance tal-pagaent tal-Gimgha l-Kbira "Resurexxit" li hu kien il-mohh taghha fi zmien ir-Randan fil-Parrocca ta` Kristu Re.

Ritratti ta` l-Okkazjoni

"Mibni mill-Ordni"