Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Thabbret b`niket, il-mewt tal-Kanonku Dun Mario Agius , kmieni fis-sebh tal-Hadd 12 ta` Frar. Hija ta' telfa ghal Parrocca ta' Kristu Re u bhala storja tal-Parrocca hu arkivju minhabba li ra l-progress tal-Knisja Parrokjali sa minn meta qabel ma kienet ikkonsagrata.

Sacerdot li hadem dejjem fil-Parrocca taghna ...... nitolbu ghalih u nibghatu l-Kondoljanzi lil eghziez familjari tieghu.

Il-Funeral tieghi sar nhar l-14 ta' Frar 2017 fil-Knisja Parrokjali ta' Kristu Re imexxija minn Mons Arcisqof Charles J. Scicluna. Wara l-Quddiesa Koncelebrata bis-sehem tal-Knisja Kollegjata San Lawrenz tal-Birgu li taghha huwa kien Kanonku, sar Korteo bis-sehem ta' Ghaqda Muzikali u Socjali Kristu Sultan , Banda Paola , li huma kien Direttur Spirtitwali taghha ghal hafna snin.

_____________________________________________________________________________________

Quddiesa Koncelebrata minn Mons Arcisqof fil-Funeral tal-Kan Dun Mario Agius

___________________________________________________________________________

Korteo bis-sehem ta' l-Ghaqda Socjali u Muzikali Kristu Sultan , Banda Paola.

Il-Pittura Kbira ohra lesta : Kristu quddiem Pilatu

Ghadha kemm tlestiet Pittura ohra minn erbgha li fihom jidher lil Kristu bhala Re. F`din il-grajja tal-Pittura insibu lil Pilatu qieghed quddiem Kristu wara l-Flagelazzjoni fejn saqsieh jekk hu kienx is-Sultan tal-Lhud u irrispondih billi qallu li "Int stess qed tghidu, jiena Sultan". Wahda mill-grajjiet fejn hu car li Kristu accetta, anzi ikkonferma li hu is-Sultan.

Din il-Pittura ta daqs kbir qedha fil-Kappellun fejn ftit xhur ilu saret il-Dahla Messjanika f`Gerusalemm li ahna insibuha bhala "Hadd il-Palm".

Dan ix-xoghol qed issir mill-artist zghazugh Ghawdxi, Manuel Farrugia.

(Fl-istampi ta` haw isfel naraw meta l-Pittura wehlet mal-Kappelun fil-Knisja Parrokjali) 

___________________________________________________________________

Milied 2017

Il-Milied u l-attivitajiet ta' Sena Gdida f`Rahal Gdid jinhassu hafna , specjalment l-armar

li jlibbsu din il-lokalita bhala wahda mill-isbah fil-gzejjer taghna.

"Mibni mill-Ordni"