Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Iz-Zmien Preistoriku

Jekk imorru lura madwar 5000 sena ilu, in-naha tal-Marsa u Rahal Gdid, kien kollu eghlieqi u eghrien li fihom kienu jghixu nies imlibsa il-gild. Dawn kienu jhaffru il-blat bi blat iehor b`sahhtu migjub minn Sqallija. Dawn in-nies huma l-istess nies li tawna l-aqwa monument li nsibu fi gziritna, l-Ipogew jew ahjar kif l-aktar maghruf , L-Hypogeum.

L-Ipogew ta Halsaflieni kien tempju li thaffer fil-blat, taht l-art, kwazi 4500 sena ilu , u jixbah hafna lil tempji ohra ta` wicc l-art bhalma huma ta` Hal Tarxien u f` Hagar Qim. Il-blat ta dan it-tempju uniku u mhaffer kollu bl-idejn. Dan it-tempju u fond ta 13-il metru u hu maqsum f`kmamar fi tlett livelli. L-isbah kamra u l-isbah parti ta dan l-ipogew hi l-kamra tan-nofs , li qiesha wieqfa fuq kolonni, izda l-aktar interessanti hu l-oraklu. Din hi toqba fil-hajt imnejn il-qassis kien jaghti l-pariri lil dawk li kienu jigu jistaqsuh ghal xi parir jew problema li kien ikollom. Il-lehen tar-ragel (mhux tal-mara) kien jidwi mal-maqdes kollu. F`din l-istess kamra insibu ukoll hafna thaziz , mas-saqaf ghat-tond li jfissru s-sigra tal-hajja.

Pjanta ta kif hu mqassam l-ipogew ta Halsaflieni

"Mibni mill-Ordni"