Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

IL-GRANMASTRU ANT. DE PAULE (1623-1636)

L-Arma tal-GM de Paule

L-GM Fra Antoine de Paule

Hatra

Il-Gran Mastru Luis Mendes de Vasconcellos miet fis-7 ta` Marzu 1623, fl-eta ta` 80 sena u tlett ijiem wara lehaq minn floku Antoine de Paule. F`din il-laqgha kien hemm id-dinjitarji kollha ta` l-Ordni biex jaghzlu l-Gran Mastru il-gdid, fost l-ohrajn qam jitkellem qassis Malti, membru ta` l-Ordni, Salvatore Imbroll, kien habib ta` Antoine de Paule, li dak iz-zmien kien il-Prijur ta` Saint Gilles. Jinghad li minhabba l-kelma tajba tieghu favur dan il-kavallier u ghax li Imbroll kien stmat hafna li intghazel de Paule bhala il-Gran Mastru.

Kien hemm ukoll xi kavallieri li qalu li Antoine de Paule kien ha t-tmexxija ta` l-Ordni minhabba li kien xrara lil xi votanti. Kien x`kien il-mezz li bih de Paule sar Gran Mastru, x`aktarx dan kollu inqala wara li il-Gran Mastru , li kien diga avanzat fl-eta, minflok miet ftit taz-zmien wara, baqa` jmexxi sakemm kellu 85 sena.

  L-Inawgurazzjoni ta` Gran Mastru Gdid jidhol l-Imdina u jinghata c-cwievet

Drawwa li kienet tinzamm kull darba li jintghazel Gran Mastru gdid kienet id-dahla solenni fil-belt antika ta` Malta, l-Imdina. Din ic-cerimonja saret ghal ewwel darba f`Novembru tas-sena 1530, kien ha sehem il-Gran Mastru Isle Adam. Il-bieb kien ikun maghluq u kien jinfetah wara li hu kien jahlef li jghozz il-privileggi antiki tal-Maltin (izzda nafu ukoll li l-Gran Mastru kien jikser il-weghda li kien jaghmel). Maz-zmien din ic-cerimonja saret biss biex il-Gran Mastru gdid jiehu sehem f`dawn ic-celebrazzjonijiet li kienu ikunu elaborati hafna.

Fit-23 ta` April 1623, jum il-festa ta` Sa Gorg, il-Gran Mastru Antoine de Paule haseb biex jiehu il-pussess ta` l-Imdina. Parti mic-cerimonja kienet ( u l-aktar importanti) li l-Gran Mastru jiehu gurament filwaqt li jaghmel idejh fuq il-kotba tal-Vangelu u l-volum fejn kien hemm il-privileggi tal-Maltin. Imma de Paule ma kienx kuntent, ried jiehu pussess ta` belt ohra, dik tal-Birgu. Probabbli dan ried jaghmel hekk biex ikomplu isiru l-festi biex ifakkru l-ghazla tieghu bhala Gran Mastru. Il-Pussess ta` din il-belt sar nhar id-9 ta` Gunju 1623.

De Paule qabel ma lehaq din il-kariga kien ga bena Palazz ghalih, illum dan il-palazz nafuh bhala ta` San Anton, ghax de Paule kien semmieh ghal qaddis li kien imsemmi ghalih. Il-Palazz ta` San Anton kien fil-qofol tal-festi li saru mill-Gran Mastru biex jiccelebra l-hatra tieghu fl-oghla kariga ta` l-Ordni.

 San Frangisk minn Paola xoghol ta` Mattia Preti

Matul dawn il-festi li saru laqa` aktar minn sitt mitt persuna u damu sejrin dawn il-festi ghal aktar minn gimghatejn.

Il-Pesta ta` l-1623


Izda matul l-ewwel xhur tat-tmexxija ta` de Paule beda l-inkwiet. F`Settembru 1623 fil-belt Valletta tfaccat il-pesta. Din tfaccat ghand il-familja ta` Paola Emilio Ramuzzi, li accidentalment kien ufficjal tas-Sanita` tal-Port. Biex ma jergax jigri bhalma gara fi zmien il-Gran Mastru Verdalle, l-awtoritajiet hadu l-prekawzjonijiet necessarji mill-ewwel.

Fil-lazzarett (sptar gahl dawk infetati mill-pesta) ittiehdu l-ewwel pazjenti u dawk li kellhom xi kuntatti maghhom, bhalma kienu l-familjari taghhom. Il-belt Valletta l-aktar post li intlaqtet minn din il-marda, ghalhekk inqatghet komletament mill-bqija tal-gzira.

Kienet ukoll harget ordni biex in-nies ma jiltaqghux fi gruppi. Tpoggiet l-ghassa ukoll mad-djar ta` dawk infetteti, biex xejn minn ta` go fihom ma jintmiss. Minhabba li sar kontroll tajjeb, din id-darba l-pesta ma ghamlitx hafna hsara u ma mitux hlief madwar erbghin ruh.

Il-Palazz ta` San Anton

Kien fl-ahhar tas-seklu 16 li l-kavallier Antoine de |Paule xtara bicca art fil-vicinanza ta` H`Attard, u ghalhekk kif lehaq beda jahseb kif jista ikabbar dan il-post, ghax dan il-palazz kien joghgbu aktar minn dak ta` Verdala, jista` jaghti l-kas li issa de Paule kien kiber fl-eta` u ghalhekk ma setax jippartecipa fl-isport tal-kacca u minhabba li kien boghod mill-belt Valletta.

Antoine de Paule xtara aktar art u fiha zera` is-sigar tal-laring u l-lumi. Minn Sqallija gab il-hut ta` l-ilma helu u poggihom f`zewg vaski kbar u rranga l-gnien b`mod sabih.

Sa l-1625, de Paule lesta t-tibdil u z-zidiet li ried jaghmel fil-Palazz ta` San Anton.

 Il-Funtana centrali tal-gnien

Il-Funtana ta` l-ajkla li saret fl-1623

Maz-zmien , aktar Gran Mastri hasbu biex isebbhu u jkabbru dan il-palazz. Manoel de Vilhena rnexxielu jwassal l-ilma minn kanali taht l-art , u aktar tard fl-1776, de Rohan xtara aktar art biex ikabbar il-gonna tal-Palazz. Fl-istess sena il-Gran Mastru ghamel celebrazzjonjiet kbar biex ifakkat l-ewwel sena mill-hatra tieghu. Matul din is-serata kien hemm loghob u farsa bil-Franciz.

Meta l-Maltin qamu kontra l-Francizif f`Settembru 1798, ghall-ewwel xhur il-glieda kienet miggielda mill-Maltin biss, izda sena wara , Sir Alexander Ball beda jmexxi lil Maltin. Hu waqqaf ir-residenza fil-Palazz ta` San Anton. Minn dak iz-zmien l-hawn dan il-Palazz beda jintuza bhala residenza ufficjali tal-gvernatur Maltin, u issa ghal President tar-Repubblika ta` Malta.

Kien f`dan l-istess palazz li l-kap Franciz Vaubois gie mistieden ghall-pranzu wara li iffirma l-kapitulazzjoni tat-truppi tieghu f`Setembru 1800. Ball haseb ukoll biex izejjen l-Palazz u bena passagg u zejnu bil-kolonni. Fl-1882 l-gvernatur Sir Arthur Borton fetah parti mill-gnien tal-palazz ghall-pubbliku.

 Passaggi kbar li issebhu dan il-post

Hawnhekk insemmu ukoll zewg affarijiet ohra dwar dan il-Palazz fi zmien il-Gran Mastru de Paule. L-ewwel hi dwar in-numru kbir a` sefturi li kien hemm jahdmu fil-palazz fi zmien l-Ordni. Biex jiehu hsieb il-Palazz kien hemm is-Seneskalk, li naturalment kien kavallier. Kien hemm ukoll ufficjal iehor, sittax-il pagg, erba` qassisin, zewg tobba u l-konfessur tal-Gran Mastru. Kien hemm ukoll tnax –il persuna li jiehdu hsieb iz-zwiemel, il-gwardji tal-Palazz, u dawk li jiehdu hsieb il-falkuni. Kien hemm il-kokijiet u dawk li jghinuhom. Kien hemm persuna biex taghmel il-kafe, iehor biex jaqbad il-grieden, iehor jiehu hsieb l-imhazen u segretarji, ohrajn jiehdu hsieb il-kotba tal-Palazz u dawk li johorgu l-permessi ghall-kacca. Il-lista hi twila ta` dawk li kienu jahdmu fil-Palazz. Li hu zgur hu li kien hemm hafna impjegati jahdmu mal Gran Mastru ta` Ordni.

B`konnesjoni ma dan il-Palazz kien hemm certu wahda Flaminia Valenti li kienet habiba intima mal-Gran Mastru de Paule, ghalkemm kien bniedem kbir fl-eta` , jidher li kien mohhu fid-dinja. Ma` gemb il-Palazz ta` San Anton , Flaminia kellha dar li minnha setghet, minn go bieb zghir u imwarrab, tghaddi ghall-Palazz tal-Gran Mastru. Fuq din il-hbiberija kien ukoll ghamel il-protesti tieghu aktar minn darba l-Inkwizitur Fabio Chigi, li aktar tard lehaq Papa bl-isem ta` Alessandru VII. Din Flaminia milli jidher kienet thobb il-poter ghax meta miet il-|Gran Mastru de Paule ippruvat tindiehes mal-Gran Mastru l-gdid L.ascaris . Izda ma kienx irnexxielha u nfatti spiccat dahlet , jew gieghluha tidhol soru.

Il-Bini ta` Rahal Gdid

Hafna Gran Mastri xtaqu li isimhom jibqa` mfakkar permezz ta` xi monument kbir li huma kienu jheggu biex jinbena. Ghandna lil Gran Mastru Le Sengle bena s-swar ta` l-Isla, u l-Gran Mastru La Vallette wettaq holma li jibni belt u inbniet il-belt Valletta fl-1566, holma li xtaqu hafna l-kavallieri.

Meta Antoine de Paule lehaq Gran Mastru , ukoll xtaq li ismu jibqa imfakkar u ghlhekk xtaq li jibni rahal li igib ismu. Fl-1626 huwa ppubblika kostituzzjonijiet li bihom huwa ha artijiet ghalih li fihom jibni dar ghalih fuq l-ghoja u ried li tinbena knisja lil Sant` Ubaldesca. Il-kavallieri taw ukoll bidu ta` bini ghalihom sabiex ikollhom villel hawnhekk, fosthom il-balliju Lampodas. Din id-dar baqghet tissejjah Palazzo Lampuka. Fil-gwerra ta` l-1940-1943 tfarket u minflokha illum hemm il-“Palace Theatre”.

Malli kienet inbniet il-belt Valletta, wahda mill-akbar problemi kienet li n-numru kbir ta` nies kienu ddecidew li jmorri joqghodu hemm u ghalhekk il-belt Valletta kienet mimlija bin-nies. Anke l-ibliet tal-Kottonera kienu mimlija bl-abitanti.

Bhala soluzzjoni, il-Gran Mastru ordna li jinbena rahal fuq l-gholja maghrufa bhala “Ta` l-Gherien”. Din l-gholja kienet tinsab vicin il-port aktar minn Hal Tarxien. Kien post adekwat ghal dawk in-nies li kienu joqghodu f`xi rhula aktar`l boghod u li xogholhom kien li jmorru kuljum biex jahdmu fil-port.

Kien fl-1626 meta l-Gran Mastru ta` l-permess tieghu biex jinbena dan ir-rahal gdid . Imma kien kollu ghal xejn ghax min kien joqghod il-belt kien protett minhabba s-swar u hawnhekk ma kienx. Ohrajn ma tantx urew xewqa li jitilqu mill-belt biex imorru f`post iehor, jew minn kien ikun imdorri rahal twelidu ma tantx kien ser jiccaqlaq malajr f`post iehor. Minn mindu l-kavallieri kienu waslu f`Malta l-ibliet kienu hadu xejra gdida. Kien hemm aktar protezzjoni madwarhom u kien hemm min kien jipreferi jitlaq mir-rahal tieghu u jmur joqghod f`post li kien imdawwar bis-swar.

Biex ikompli ihajjar lin-nies li jmorru joqghodu hemm, il-Gran Mastru de Paule bena knisja li giet iddedikata lil Sant` Ubaldesca. Din il-qaddisa kienet membru ta` l-Ordni ta` San Gwann u ghalhekk kien hemm devozzjoni min-naha ta`l-Ordni. Il-knisja ta` Sant` Ubaldesca bdiet tinbena fl-1630, u l-Gran Mastru qiegehd l-ewwel gebla fil-25 ta` Awissu.

  Is-Salib tal-kavallieri                                            Sant` Ubaldesca                      

Hu bena din il-knisja bi spejjez tieghu u ghamilha guspadronat magisterjali ghalih u ghal ta` warajh, u ghall-kappillan ta` l-Ordni skond l-ittra Appostolici tat-12 ta` Novembru 1629. Dan ifisser li l-knisja kienet propjeta ta` l-Ordni ta` San Gwann. Il-Kappillan ta` l-Ordni kellu d-dmir li jkanta l-vespri fit-28 ta` Mejju, il-jum tal-festa. Kellu ukoll dritt jigbor ghoxrin skud fis-sena ghall-Ordni.

Ma hemmx provi, imma Achille Ferris ighid li l-pjanta ta` din il-knisja saret minn Vittorio Cassar, bin Girolamo. Bnieha zghira apposta ghax kien hemm il-hsieb li titkabbar meta l-popolazzjoni ta` dan ir-rahal gdid tikber.

Izda n-nies xorta wahda ma riedux imorru joqghodu hemmhekk. Biex ihajjar li imorru aktar abitanti nhareg bandu li kien jghid li dawk li kienu midjunin u jmorru joqghodu f`Casal Paola, isem dan ir-rahal Gdid, id-dejn taghhom kien ikun mahfur. Izda xorta wahda n-nies ma tantx marru. Hawnhekk iridu ukoll inziduli li taht l-gholja “Ta` l-Gherien”, fejn illum insibu l-Marsa, f`dawk iz-zminijet kien hemm hafna ghadajjar ta` ilma qieghed u ghalhekk kien post fejn kienu jbejtu hafna insetti li kienu jgibu l-mard. Din kienet raguni ohra li “Casal Paola” ma tantx kienet intoghgbot mill-Maltin.      

"Mibni mill-Ordni"

0