Bhalissa x-xoghol fil-Pjazza ewlenija ta' Rahal Gdid huwa avvanzat sew. Bhalissa ix-xoghol issa tkompla ghal Triq li mill-pjazza taghti ghal Triq Hal Luqa. Din it-triq bhalissa hi maghluqa sakemm isiru l-bankini godda u t-Triq tinkesa bil-briks biex tkompli max-xoghol li sar fil-Pjazza. Qed issir ukoll ix-xoghol fil-Pjazza n-naha ta` fuq billi qed jitpoggew bhal mini biex minhemm jghaddu s-servizzi kollha. Fi ftit gimghat ohra l-pjazza tkun lesta.
Ix-Xoghol fil-Pjazza principali ta' Rahal Gdid qabat ir-ritmu. Is-Sibt 11 ta' Marzu 2017 giet imwaqqa l-latrina li kien hemm fil-pjazza biex taghmel wisa ghal-trejqa pedonali li ser twassal ghal-gnien li hemm fuq wara, b`hekk il-gnien li bhalissa qed jigi irrangat bil-bankini u dwal ser jinghaqad mal-pjazza.
Mit-Tnejn 13 ta' Marzu naha wahada tal-pjazza giet maghluqa (in-naha tal-klabb tal-Hibernians ) biex jibda x-xoghol hemm u in-naha l-ohra (in-naha tal-Knisja) saret zewg karregjati , wahda 'l fuq u l-ohra 'l isfel.
Dan kien il-bidu ta` xoghol li kien ser iwassal ghal Pjazza isbah , b`inqas karrozzi u aktar spazju ghar-rikrejazzjoni tan-nies.
Il-Bidu tal-Progett
Bhalissa ghaddej fuq ix-xoghol tal-Pjazza Principali ta' Rahal Gdid li meta l-progett ikun lest ser jaght aktar ftuh ghan-nies. Progett li ser jigi jiswa 4 miljuni ser jaghti dehra isbah lil Pjazza li ser terga tinghata lura lil pubbliku ghal aktar spazju rikreattiv milli ghal karrozzi.
L-Ewwwl Fazi tal-Pjazza
Ix-xoghol beda billi f`Mejju 2016 inqalghu l-ewwel sigar tal-Pjazza u gew inhawwla fil-parkegg tac-Cimiterju ta' l-Addolorata. F`Dicembru ta' l-istess sena gew maqluha l-ohrajn u tpoggew fi Gnien il-Mediterran li ser ikun parti mill-progett kbir tal-pjazza. Tajjeb insemmu li s-sigar kollha maqluha baqghu f`Rahal Gdid.
Wara li inqalu s-sigar beda ix-xoghol ta' twaqqih tal-Balvostri li jdawwru l-pjazza u bdiet tinqala l-art. It-Traffiku kollu beda jghaddi min-naha tal-Knisja biex setgha jsir ix-xoghol fuq in-naha l-ohra. Gie imhaffer gandott kbir u tqeghdu bhal katusi kbar taht it-triq biex minnhom setghu jghaddu s-servizzi kollha biex f`kaz ta' tiswija u manutenzjoni ma jkunx hemm ghalfejn tinqala t-triq.
Wara li tlesta is-servizz ta' ilma u tad-dawl minn taht beda jitqieghed il-briks fejn kellha tigi t-triq li ser juzaw il-karozzi, b`zewg karregjati wahda l-isfel u l-ohra `l fuq biex b`hekk giet eleminata it-triq quddiem il-Knisja u b`hekk tigi kollha pedonali biex tintuza mill-pubblliku.