Bhalissa x-xoghol fil-Pjazza ewlenija ta' Rahal Gdid huwa avvanzat sew. Bhalissa ix-xoghol issa tkompla ghal Triq li mill-pjazza taghti ghal Triq Hal Luqa. Din it-triq bhalissa hi maghluqa sakemm isiru l-bankini godda u t-Triq tinkesa bil-briks biex tkompli max-xoghol li sar fil-Pjazza. Qed issir ukoll ix-xoghol fil-Pjazza n-naha ta` fuq billi qed jitpoggew bhal mini biex minhemm jghaddu s-servizzi kollha. Fi ftit gimghat ohra l-pjazza tkun lesta.
Ix-Xoghol fil-Pjazza principali ta' Rahal Gdid qabat ir-ritmu. Is-Sibt 11 ta' Marzu 2017 giet imwaqqa l-latrina li kien hemm fil-pjazza biex taghmel wisa ghal-trejqa pedonali li ser twassal ghal-gnien li hemm fuq wara, b`hekk il-gnien li bhalissa qed jigi irrangat bil-bankini u dwal ser jinghaqad mal-pjazza.
Mit-Tnejn 13 ta' Marzu naha wahada tal-pjazza giet maghluqa (in-naha tal-klabb tal-Hibernians ) biex jibda x-xoghol hemm u in-naha l-ohra (in-naha tal-Knisja) saret zewg karregjati , wahda 'l fuq u l-ohra 'l isfel.
Dan kien il-bidu ta` xoghol li kien ser iwassal ghal Pjazza isbah , b`inqas karrozzi u aktar spazju ghar-rikrejazzjoni tan-nies.
Il-Bidu tal-Progett
Bhalissa ghaddej fuq ix-xoghol tal-Pjazza Principali ta' Rahal Gdid li meta l-progett ikun lest ser jaght aktar ftuh ghan-nies. Progett li ser jigi jiswa 4 miljuni ser jaghti dehra isbah lil Pjazza li ser terga tinghata lura lil pubbliku ghal aktar spazju rikreattiv milli ghal karrozzi.