Mhux l-ewwel Tribuna
Fil-Bażilika tagħna għadha kemm ġie inawgurata Tribuna mill-isbaħ li minn
dejjem kienet ix-xewqa tagħna, speċjalment meta imorru lura fis-sena 1955, it-
Taljan Romeo Ceccoti kien imqabbad biex iħażżeż disinn ta’ Tribuna, Romeo
ħareġ b’disinn mill-isbaħ.
L-Ewwel Tribuna tal-1928
Aħna illum qed ingawdu din it-Tribuna,imma tajjeb ngħidu ukoll li din mhiex
l-ewwel waħda, lura għas-sena 1928, fil-15 ta’Lulju meta l-Knisja Parrokjali l-
ġdida kienet għadha bla saqaf u l-art kienet kollha ġebel u terrapien ġiet
iċċelebrata l-ewwel quddiesa. Kien mument sabiħ għal poplu Pawlist u għal din
l-okkazjoni intramat Tribuna proviżorja ta’ l-injam u drapp bil-liedna tal-ħaxix
u fil-quċċata tagħha kien hemm salib. Għaldin l-ewwel Quddiesa ġiet
iċċelebrata mill-Amministratur tal-Parroċċa Dun Nerik Bonnici li kien il-
Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Pawl tar-Rabat flimkien mal-kleru. Iċ-
Ċelebrazzjoni saret ftit passi l-bogħod minn fejn oriġinarjament
ħames snin qabel kien kien tqiegħed Salib ta’ l-Injam fejn kellha titqiegħed l-
Ewwel ġebla tal-Knisja Parrokjali. Hawnhekk l-Amministratur ħeġġeg lil
ġemgħa biex minn sema sabiħ kaħlani, ibidluħ f’saqaf sabiħ u li jixraq lid-dar
t’Alla ... filfatt wasal iż-żmien li kien qal ħabbar Dun Nerik li s-saqaf qed jiġi
iddekorat kif filfatt jixraq. Kif intemmet il-Quddiesa ngħatat il-Barka
Sagramentali u is-Sagrament reġa’ ittieħed lejn il-Knisja ta’ Sant’Ubaldeska
proċessjonalment bil-poplu Pawlist jakkumpanja din il-Purċissjoni Sagramentali
lejn il-Knisja Parrokjali l-qadima. Kien hemm preżenti ukoll fost il-miġemgha
il-Baruni P.P. Testaferrata Moroni Viani flimkien mal-familja tiegħu u l-Perit
Ġuże’ Damato, żewġ persunili kien magħruf sew f’Raħal Ġdid u li kienu ukoll
l-Parrini tal-Knisja Parrokjali l-ġdida.
It-Tieni Tribuna Provizorja imwaqqfa
Tribuna provizorja oħra ġiet imwaqqfa fl-14 ta’ Lulju 1936 fejn saret l-aħħar
Quddiesa fil-Knisja ta’ Sant’Ubaldeska, fil-funzjoni ġie Trasferit is-sagrament
mill-Knisja l-Qadima għal Knisja l-ġdida. Din il-funzjoni tmexxiet mill-
Kappillan ta’ Raħal Ġdid Dun Manuel Vella u s-Salib tal-Kleru intrefa minn
Adolf Agius li kien abbati u li iktar il’ quddiem serva bħala Kappillan tal-
Parroċċa għal ħafna snin. Intrama artal u Tribuna provizorja għal din l-
okkazjoni meta inġieb is-Sagrament għal ewwel darba mill-Knisja ta’
Sant’Ubaldeska għal Knisja Parrokjali l-ġdida. Il-Kappillan Dun Manuel Vella
qabbad lid-disinjatur Romeo Ceccotti fl-1955 biex jiddisinja Tribuna.
Għalkemm intoġbot ħafna imma minħabba l-finanzi, peress li kien hemm iktar
xogħol x’issir fil-Knisja Parrokjali u li jirrikjedi ħafna flus, it-Tribuna baqgħet
ma saret qatt u baqgħet fuq il-karti.
Tribuna biex tibqa għal dejjem
Dawn iż-żewġ Tribuni ġew armati għal dawn l-okkazjonijiet speċjali tal-
Parroċċa u wara iżżarmaw ... imma issa wasal iż-żmien li intramat Tribuna li
ser tibqa għal dejjem .... issa huwa ż-żmien biex il-ħolma ta’ missirijietna saret
realta’ .... it-Tribuna twaqqfet fil-ġimgħat li għaddew, grazzi għal ħeġġa tal-
Kappillan, il-Kanonku Dun Marc Andre Camilleri, inħadmet fuq id-disinn
oriġinali tal-1955 u bla dubju huwa wieħed mill-akbar proġetti li qatt saru fil-
Parroċċa tagħna, biex dejjem nagħmluha isbaħ u aħjar.
Kien fl-ewwel xahar tas-sena 2019 li nbeda x-xogħol għal dan il-proġett kbir li
ilu mixtieq għal 65 Sena. Ix-xogħol beda billi intwerew il-Pjanti kemm tal-
Presbiterju ġdid li huwa iddisinjat biex ikun preparat biex tinbena Tribuna u
disinn tat-Tribuna stess li baqgħet fuq il-karti mil-1955 xogħol it-Taljan Romeo
Ceccoti.
Id-Disinn oriġinli tad-disinjatur Romeo Ceccotti li sar madwar is-sena 1955 u impressjoni artistika tat-Tribuna.
Ix-xogħol fuq it-Tribuna
F’Jannar 2019 inbeda x-xogħol fuq il-proġett li missierijietna ħolmu biħ u
xtaquh ... u ħażżewħ fuq il-karta. Biex setgħa jibda dan ix-xogħol kellu jinqala
parti mill-Presbiterju biex minn tlett tarġiet twal , jiqsaru mit-tul u jsiru erbgħa u
inbidel xi irħam. Minn tarġa waħda taħt l-artal saru tlieta u biex b’hekk saru
b’kollox sebgħa tarġiet, li jwasslu sa’ “l-artal tas-sagrifiċċju”.
Jinbeda x-xogħol fuq il-Presbiterju wara li jitħaffru il-Pedament għal Kolonni tat-Tribuna
Ma kull tarf ta’ l-artal tħaffru erbgħa toqbiet fondi ta’ tmien metri kull waħda
sakemm instab il-blat u sar sapport ta’ l-azzar bħala pedament għal erbgħa
kolonni ta’ l-irħam li ser jiġu parti mit-Tribuna. Wara li t-toqob bl-azzar tlestew
ġew mimlija bil-konkos u tqegħdu erbgħa bażijiet, blokkok ta’ irħam. L-irħam
użat għal Presbiterju huwa simili ħafna għal dak li hemm, anke minħabba li ried
ukoll jaqbel miegħu. Biex seta’ jinstab irħam viċin, speċjalment dak ħamrani
ġie ordnat minn Cararra, l-istess fabbrika li iktar minn ħamsin sena ilu sar l-artal
hemmhekk u barra hekk ix-xogħol ta’ tqegħid sar minn ħaddiema Taljani li
jaħdmu f’din l-istess kumpanija. Dan ix-xogħol fuq il-Presbiterju dam għaddej
tlett xhur biex sa April, ftit qabel iċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa |Mqaddsa, l-
ewwel parti mill-proġett tat-Tribuna kien komplut. Presbiterju li ħa disinn
differenti ħafna minn qabel, eleganza kbira li jikkumplimenta mat-Tempju.
L-Irħam jinqata biex jinħadem u jitpoġġa fil-Presbiterju.
Il-Kappillan kien ħabbar ukoll li biex dan il-proġett ikun komplut, fuq xewqa ta’
l-Arċisqof stess, kemm l-ambone u s-sedja saru ta’ l-irħam li nħadmu ġewwa l-
Italja stess. L-Ambone baqa l-istess disinn ta’ Manuel Buhagiar imma irħam
filwaqt li s-sedja inħadmet fuq disinn ta’ Manuel Farrugia. Id-disinn tas-sedja
ġie ipprezentat lin-nies u kien ghal wiri fil-Knisja Parrokjali fix-xahar ta’
April.Ġie iffirmat kuntratt mad-ditta Domus Dei ta’ Ruma li ser jaħdmu l-parti
ta’ fuq tat-tribuna li ser tkun maħduma fil-Bronż.
Wara li tħaffru it-toqob bħala Pedament għal kolonni, żdiet l-irħam tal-
Presbiterju fejn kin hemm bżonn biex jifforma l-Presbiterju l-ġdid. Wara li
tlesta, issa kien imiss li jibda x-xogħol ta’ l-akbar opra., it-Tribuna infisha.
Ix-xogħol beda billi minn fuq id-disinn oriġinali ta’ Romeo Ceccoti sar il-
grandament, jitkabbar id-disinn ta’ qies reali u jitpoġġa fil-post fejn tkun ġejja t-
Tribuna. Tħalliet fil-post għal tmiem il-ġimgħa biex kulħadd jieħu idea kif tkun
Ġej ix-xogħol u anke kobor tagħha.. Wara dan , inbeda l-grandament (qies ta’ l-
injam kif ikun ġej ix-xogħol. Dan il-grandament u d-dekorazzjoni ġie fdat l-
artist u pittur Għawdxi Manuel Farrugia, li tista tgħid qed jaħdem ħafna mill-arti
huwa stess, speċjalment il-pittura tal-Bażilika, li hi kollha xogħolu. Il-
Presbiterju, is-sedja u l-Ambone ġie fdat f’idejn Marmisti Taljani
tal-Kumpanija Ama Marmi ġewwa Carrara, post magħruf sew għal dan ix-
xogħol.
Ix-xogħol tal-Bini tat-Tribuna ukoll ġie fdat f’idejn Ama Marmi, wara li konna
sodisfati bix-xogħol li rajna qabel. Ix-xogħol kollu li sar fuq il-Presbiterju intuza
żewġ tipi ta’ irħam ta’ kulur differenti, irħam la’ lewn ħamrani u bajdani. L-
irħam li intuża ta’ lewn ħamrani hu Rosso di Francia, filwaqt dak bajdani intuża
irħam li jisejjaħ Bianca di Carrara. Il-Bronż kollu tas-saqaf ġie fondut ġewwa l-
funderija f’Ruma minn Domus Dei.
Kull kolonna, li hemm erbgħa tiżen 2 tunnellati u nofs b’pedament fond 7 metri
kull waħda.
Fid-dekorazzjoni f’kull faċċata, wieħed isib l-armi ta’ San Piju X, li waqqaf il-
Parroċċa, 110 snin ilu. Il-Parroċċa tagħna saret Parroċċa fl-1910. Insibu ukoll l-
arma ta’ Papa Piju XI, li waqqaf il-festa ta’ Kristu Re, bħala Festa
Internazzjonali. Hemm ukoll l-arma tal-Papa Franġisku, li eleva l-Knisja għall-
Bażilika, u tal-Arċisqof Charles Scicluna, li laqa’ t-talba tal-Pawlisti u beda l-
Proċess biex il-Knisja ssir Bażilika s-sena l-oħra, fis-sena 2019.
l-Artist Manuel Farrugia ħa ħsieb ukoll li jagħmel id-dekorazzjoni tat-Tribuna.
Ħadem fuq erbgħa skudetti fl-armi fuqhom , jinżamu minn Angli, wieħed kull
naħa tat-Tribuna.
Manuel Farrugia jaħdem fit-tafal fuq wiehed minn 4 Anġli li qed isebbħu t-Tribuna
Ix-xogħol kollu ta’ disinn li hemm fit-Tribuna huma maħdum fil-Bronż ġewwa l-Funderija f’Ruma “Domus Dei”.
Wieħed mill-iskrollijiet li inħadmu fil-Funderija “Domus Dei” waqt li qed jinħadem fil-Bronż u isfel, skroll lest biex jiġi Raħal Ġdid.
Il-ħidma fuq it-Tribuna ma waqfet xejn biex sa fl-aħħar ix-xogħol fuqha minn Ruma kien lest u wasal iż-żmien li tiġi Malta.
Ruma : L-aħħar jum ta’ Ġunju telqu tlett kontainers fi triqthom lejn Malta.
Kien nhar l-4 ta’ Lulju 2020 fis-14.27 meta l-Kontejners waslu Malta. Dan kien mument sabiħ u importanti għal Parroċċa tagħna. It-Tribuna kienet magħna.
Aħbar li deher fuq il-fb tal-Bażilika tagħna
Kien l-Erbgħa 8 ta’ Lulju 2020 fid-9am meta l-Kontejners bit-Tribuna waslu
Raħal Ġdid. Ipparkjaw fi Triq Ġuze’ Damato u beda jinħatt ix-xogħol. Inħattu
l-kolonni massivi u ġol-Knisja bdew jitwaqqfu. Ma kienitx faċli. Sabiex l-
erbgħa kolonni sabu posthom ħadu madwar 15-il siegħa xogħol ta’ ħsieb.
I