Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Beda r-restawr fil-Pjazza ta` quddiem il-Knisja Storika ta` Santa Ubaldeska


Il-Pjazza ta` quddiem il-Knisja ta` Santa Ubaldeska ghandha storja li tmur lura mijiet ta` snin , l-ewwel gebla tal-Knisja ta` Santa Ubadeska tpoggiet mill-Granmastru de Paule innifsu, allura din il-pjazza kienet il-qalba tar-rahal gdid li bena il-Granmastru stess.


Hafna mill-attivitajiet fi zmien il-kavallieri saru f`din il-pjazza ewlenija tar-rahal , kif ukoll il-festi kemm religjuzi kif ukoll socjali. Min jaf kemm din il-pjazza rat nies matul is-snin.

Il-Knisja ta` Santa Ubaldeska u l-pjazza ta` quddiema meta kienet ghadha ic-centru tar-rahal

Il-Knisja ta` Santa Ubaldeska kienet il-Parrocca ta` Rahal Gdid qabel ma giet mibnija dik prezenti ta` Kristu Re , is-sena d-diehla ser niccelebraw ic-Centinarju tal-Parrocca ....... u l-festi kbar li kienu saru meta saret Parrocca , mitt sena ilu, saru f`din il-pjazza. Kien wasal iz-zmien li din il-pjazza tinghata wicc gdid, kemm minhabba li din il-pjazza fiha storja kbira kif ukoll biex il-pjazza terga tiehu l-kobor li kellha fi zmien il-kavallieri.

Bhalissa din il-pjazza beda ix-xoghol ta` rinovament. Wara li sentejn ilu il-parti l-antika tal-Knisja giet restawratha , issa imiss ix-xoghol tal-pjazza ta` quddiem il-Knisja. Dan ix-xoghol qed isir mill-Kunsill lokali u iffinanzjat mill-Gvern Centrali.

ESKLUSSIVA


Il-Pjanta ta` kif ser issir il-Pjazza Storika ta` quddiem il-Knisja ta` Santa Ubaldeska 

Sejba interessanti

Waqt li kien qieghed issir ix-xoghol fil-Pjazza ta` Sant` Ubaldeska biex issir gnien kif kien thabbar esklussivament f`din is-site , instab xelter li jmur lura ghal zmien il-gwerra. Missirijietna fittxew il-kenn mill-bombi ta` l-ghadu billi haffru kmamar taht l-art.

Dan ix-xelter li instab waqt ix-xoghol fil-pjazza ta` Sant` Ubaldeska fih 13 -il kamra u ghandu tlett bokkok. Wahda minflok l-island li tnehhiet , ezatt quddiem il-Museum tas-Subien, l-ohrajn huma hdejn is-sagristija u quddiem il-bieb tal-Knisja. Hi sejba interessanti u dan hu l-ewwel wiehed misjub f` dan il-lokalita`. Dan kien jithaffer taht l-art, fil-blat , bil-baqqun.

Interessanti li issa dan ix-xelter li kien misjub allarieda ser jaghmel parti mill-progett li beda ta` tisbih ta` din il-pjazza.

Il-Progett tal-Pjazza Santa Ubaldeska


Il-Progett tal-Pjazza ta` quddiem il-Knisja Storika ta` Santa Ubaldeska tkompla. Hu mahsub li dan il-progett ser jigi inawgurat fis-sena li l-Parrocca ser ticcelebra ic-Centinarju taghha. Kien propju din il-Knisja ta` Santa Ubaldeska li 100 sena ilu saret Parrocca.


Ara xi ritratti tal-progress li sar s`issa f`dan il-gnien li qed isir quddiem din il-Knisja 

(ritratti mehudin fil-11ta` Ottubru)

Xoghol fi Pjazza Ant. De Paule


Xoghol iehor qed issir fil-Pjazza Antoine De Paule. Bhalissa qed issir xoghol kbir bejn il-Korporazzjoni ta` l-ilma u l-Kunsill Lokali ta` Rahal Gdid. Il-Mains il-kbar li jissuplixxi l-ilma ghal hafna residenti tal-lokal kienu spiccaw u ghalhekk saru ohrajn godda li jaqdu l-htigijiet tan-nies tal-lokal. Issa wara li jitlesta dan ix-xoghol ser issir paviment gdid.

Bankina ghal Gnien Pawlu Boffa


Bhalissa ghadu kif tlesta ix-xoghol ta bankina u rampa ghal Gnien Pawlu Boffa. Dan il-Gnien barra li hu uzat hafna minhabba li ezatt quddiemu hemm l-iskola Primarja, u fih hemm ukoll l-Ufficini tal-Kunsill Lokali. Dan hu progett iffinanzjat mill-Kunsill Lokali u x-xoghol sar minn nies tal-Facilita korretiva 

"Mibni mill-Ordni"