Rahal Gdid fi zmien il-Francizi
(1798 - 1800)
Rahal Gdid fi zmien il-Francizi
(1798 - 1800)
Fid-9 ta` Gunju 1798 flotta Franciza deheret fl-ibhra Maltin imexxija mill- General Napuljun Bonaparti fi triqtu lejn l-Egittu , l-Ordni ta` San Gwann kien iffirma l-kapitulazzjoni u Malta saret tal-Francizi. Dak iz-zmien Franza kienet l-akbar pajjiz qawwi fl-Ewropa.
Il-General Bonaparti u l-kmandant li halla warajh , il-General Vaubois, xtaqu li Malta issir tixbah lil Franza kemm jista ikun, ghalhekk hareg ordnijiet bejn it-13-18 ta` Gunju 1798, li bihom qaleb is-sistema amministrattiva, kostituzzjonali , legisslattivi , socjali u ohrajn.
L-akbar taqlib li jinteressa lil istorja ta` Rahal Gdid hu dwar dik amministrattiva
Biex il-gzejjer Maltin ikunu mahkuma ahjar, ingabru xi suldati ghal xi emergenza u biex jithallsu t-taxxi b`aktar efficjenza, Bonaparti qasam lil Malta u Ghawdex fi 12-il Municipalita`. Saru sistema ta` distretti u Hal Tarxien u Rahal Gdid messhom ikunu fl-ghaxar municipalita` flimkien maz-Zejtun, Haz-Zabbar u Hal-Ghaxaq.
Barra minn din l-ordni, il-Francizi hargu digrieti li l-Maltin ma ghogbuhomx. u ghalhekk ma damux kwieti, fit-2 ta` Settembru 1798, meta l-Francizi marru jisirqu hwejjeg prezzjuzi mill-knejjes, il-Maltin qamu kontra dawn il-hakkiema.
Il-Francizi nghalqu fl-ibliet ta` madwar il-port u l-Maltin organizzaw irwiehhom f`battaljuni skond ir-rahal taghhom. Il-battaljun tad-distrett ta` Rahal Gdid kien taht Guzeppi Montebello. Il-Maltin bnew truncieri u batteriji ta` kanuni jharsu lejn l-ibliet. F`Rahal Gdid kien hawn tnejn : fuq Kordin u f`Tal-Borg, iharsu lejn l-Isla u Bormla. Minn dawn iz-zewg truncieri l-Maltin kienu jisparaw ghal fuq il-Francizi li jixirfu fis-swar tal-Kottonera. It-Trunciera ta` Kordin kienet ta` theddida ghall-Francizi minhabba li l-isparar minn hawn kien jilhaq il-bastimenti fil-port. Il-General Vaubois ried inehhi dan l-iskomdu billi jimbumbardja din it-trunciera ta` Kordin.
Fil-21 ta` Novembru 1798, il-Francizi bdew l-attakk u billi il-Maltin ta` Kordin kienu biss 30 ruh harbu lejn it-trunciera f`tal-Borg. Il-Francizi baqaw tilghin sa Rahal Gdid warajhom, izda f`daqqa wahda it-trunciera ta` Rahal Gdid fethet in-nar fuqhom, filwaqt li l-Maltin ta` Hal Luqa u Hal-Tarxien gew jiggildulhom. Il-Francizi bdew jaharbu lura ghal gos-swar tal-Kottinera. Wara dan il-Maltin bdew jorganizzaw ruhhom malajr ahjar u fil-15 t`April 1799, in-nies ta` Kordin zdiedu ghal 230 u dawk f``Tal-Borg ghal 180.
Sadanittant, l-eghdewwa tal-Francizi , il-Portugizi u l-Inglizi, hadu interess b`dak li kien qed jigri Malta u gew jaghtu l-ghajnuna lill-Maltin. Wara sentejn glied , il-General Vaubois ceda fl-4 ta` Settembru 1800.
Minn dak in-nhar, l-Ingilterra bdiet tahkem lil Malta.
Disinn kontemporanju tal-wasla tal-Francizi f`Malta ta` Marinet u inizjoni minn Pierre Cauchy, Muzew ta` l-Arti, Valletta
"Mibni mill-Ordni"